L-Olokawst jista jerġa jseħħ – “The Holocaust can happen again” – Torca

Illum qed infakkru l-olokawst. Il-massakru li sar minn Nażisti li wasslu biex eluf kbar ta’ Lhud spiċċaw fil-kampjijiet tal-konċentrament, u finalment inqatlu. Massakru li jkexkxek u jdaħħlet f’qoxortok. Biżżejjed tmur f’xi wieħed mill-kampi- jiet tal-konċentrament li llum saru attrazzjoni turistika. Kważi kull min mar fihom jgħidlek kemm inbidlet l-burdata tiegħu. Xi dwejjaq ħass. Tisma’ mbagħad l-istejjer ta’ dawk li għadhom ħajjin u tibqa’ bla kliem.

Forsi hawn min jgħid: imma dan kien aktar minn sebgħin sena ilu, x’rilevanza għandu għal lum? Mistoqsija li tista’ ddum tiddibatti, min se jgħid li għandu rilevanza u min jgħid li le. Nemmnu li dak li seħħ dakinhar għadu rilevanti għal-lum. Jissorpenduk dawk li baqgħu ħajjin u li kienu nħelsu minn kamp tal-konċentrament, fi żmien li kienu ftit jiem jew sigħat bogħod mill- mewt fil-kamra tal-gass. Xi wħud minn dawn meta titkellem magħhom jgħidulek, “mhux in- tom, u forsi mhux it-tfal tagħkom, imma t-tfal tat-tfal tagħkom, għad jistgħu jerġgħu jesperen- zaw dak li aħna għaddejna minnu.”

Dikjarazzjoni li ma tistax ma tħassbikx. Quddiem dikjarazzjoni simili l-mistoqsija hi jekk id-dinja tgħallmitx minn dak li ġara. Ilna snin issa nfakkru u nagħmlu ċ-ċerimonji biex ħadd ma jinsa, imma verament tgħallimna minn dak li seħħ?

Nemmnu li donnu fl-Ewropa hemm sitwazz- joni fejn qed nitilfu s-sens tal-istorja. L-iżbalji passati mhux dejjem tgħallimna minnhom. Għax illum għandna realtà li għalkemm hi differenti, hi inkwetanti wkoll. Forsi wasal iż-żmien li nieqfu nibku u nagħmlu ċerimonji individwali, dejjem l-istess, marbutin ma’ dan l-avveniment. Nemmnu li wasal iż-żmien li naqbdu u nittrattaw id-diskorsi ta’ mibegħda li jsiru regolarment u b’mod kontinwu kontra persuni oħra minħabba razza, minħabba reliġjon jew minħabba l-orjen- tazzjoni sesswali fost l-oħrajn. Għax x’jiswa li tagħmel ċerimonji ta’ skiet biex tfakkar dak li sar sebgħin sena ilu, meta llum qed ngħixu f’dinja fejn l-antisemitiżmu, refa’ rasu bil-kbir. U refa’ rasu mhux fl-Ewropa biss imma anke f’pajjiżi bħall-Istati Uniti. Kellna fi Franza ftit xhur ilu per- suna li kienet salvat mill-olokawst li nqatlet u nħarqet fl-appartament. Għandna bliet bħal Brussell, Berlin, Malmo, Copenhagen, Parigi u Toulouse li qed jerġgħu jaraw l-ispettur tal-an- tisemitiżmu. Dan biex ma nsemmux dak li qed iseħħ fil-Polonja. Għandna nies illum, li ma jħos- suhomx siguri joħorġu f’żoni fl-Ewropa minħab- ba li l-antisemitiżmu żdied sew fl-Ewropa fl- aħħar ħames snin. Din hi statistika li nħarġet mill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru li għadda. Nemmnu li ma nistgħux inħallu li nerġgħu mmorru lura fl-istorja. Ma nistgħux immorru lura għaż-żmien fejn tinqatel għax tkun ta’ razza, or- jentazzjoni jew reliġjon differenti fost oħrajn. Ir- reati ta’ mibegħda jridu jiġu miġġieldin. Kull falli- ment minn stat membru Ewropew biex jiġġieled l-antisemitiżmu, ikun qed iwassal għal riskju li ji- rritornaw l-atroċitajiet tal-passat u l-kontami- nazzjoni tas-soċjetajiet tagħna.

Illum aktar minn qatt qabel wasal iż-żmien li jsir pass ieħor. Dan hu dak li flok iċ-ċerimonji jsiru fuq bażi nazzjonali, fejn min ifakkar u min le, l-Unjoni Ewropea tara lit-tfikira tibda ssir waħda Ewropea. Din tagħti messaġġ li l-Ewropej flim- kien huma magħqudin kontra l-antisemitiżmu.

Dejjem irridu nżommu f’moħħna li dak li sar f’Auschwitz seħħ u jista’ jerġa’ jseħħ.

This editorial was published on It-Torċa newspaper.

Discover more from The Dispatch

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading

Verified by MonsterInsights