It-Tnejn 2 ta’ Awwissu filgħodu kelli nintervista lil Joseph Mizzi iben Pawlu Mizzi, Campus FM. Messaġġ kmieni mingħand Joe, kwarta qabel saru s-sebgħa ta’ filgħodu, għarrafni limhux se jattendi għall-intervista li konna ppjanajna.
Fil-jiem ta’ qabel tista’ tgħid li Joseph kien qed jaġġornani kuljum u spiss dwar saħħetmissieru li bil-mod il-mod kienet qed tnin.
Bla ma ridt, staqsejtu kif inhu u Joe weġibni xottxott,
“Ħażin.” Sakemm wasalt ir-radju, Pawlu Mizzi laħaq miet.
Joe ħabbar mewt missieru b’mod kommoventi. Ritratt ta’ idu tagħfas id missieru. L-aħħar għafsa bejn il-missier u l-iben u żied il-kliem – “L-aħħar għafsa. Issa baqa’ biss l-għafsa ta’ qalb.”
Ma’ dak il-post fuq Facebook, segwiet xita ta’ kondoljanzi għall-bniedem ta’importanza nazzjonali. Mewt Mizzi kif jixraq ġiet irrappurtata fl-aħbarijiet – ironikament ta’ nazzjon li ma jaqrax jewjaqra ftit jew ma jagħtix importanza fl-ordni tal-bżonnijiet lill-kotba.
Għax min hu Pawlu Mizzi jekk mhux figura nazzjonali li żewwaq waħda mill-isbaħ paġni tal-istorja ta’ Malta meta welled, b’sagrifiċċju mhux żgħir, il-Klabb kotba Maltin (KKM) f’epoka meta x’taqra bil-Malti kien limitat ħafna? Pawlu Mizzi l-ewwelnett telaq minn żvantaġġ.
Kien Għawdxi u bħala bin Għawdex kellu jbatiu jsofri mill-iżolament ta’ gżira li għal snin twal kienet meqjusa bħala gżira tat-tieni klassi.Għawdex kellu jara s-‘sekli’ biex tidħol l-idea ta’ infrastruttura ġusta u moderna fl-isferiġenerali tal-ħajja bir-riżultat li pereżempju Għawdex ftit seta’ jipprovdi xogħol lil uliedu umaż-żmien sar presepju nostalġiku. Kien hemm żminijiet meta Malta għamlet lil Għawdex kolonja tagħha indirettament.
U dan ġab l-emigrazzjoni sfurzata fejn Għawdex tilef ħafna riżorsi li kienu tiegħu bi dritt u likienu obbligati jinżlu Malta biex ifendu għal rashom, jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum u jiffurmawil-familja tagħhom. Pawlu kien wieħed minnhom. Imwieled fil-belt ewlenija ta’ Għawdex, b’familtu u razztu taħt il-ħarsien tal-bażilika ta’ San Ġorġ, kellu jimxi lejn Malta mingħajr qatt ma ċaħad l-identità Għawdxija.Il-kapolavur ta’ Pawlu jibqa’ l-Klabb Kotba Maltin.
Il-klabb telaq bi premessa importanti; li jipprovdi dak li fis-suq ma kienx komuni. Il-ktieb. Mizzi sakemm jasal hawn ried jitla’ diversi telgħat u skaluni. Qabel imma ssaħħaħ billi għal xi żmien kien għalliem, librar kif ukoll fil-ġurnaliżmu u l-istampar. Ilkoll sabhom meta ġie għall-opra kbira tiegħu.Skopra awturi ġodda u ħass il-polz ibaqbaq tal-letteratura l-ġdida u l-opportunitajietħatafhom. Jibda bi ktieb ta’ Frans Sammut u jkompli b’ġabra ta’ poeżija moderna li ngħiduhal-appell għall-bejgħ kien ristrett. Pawlu Mizzi fehem min kmieni li jista’ jkollu suċċess bissjekk jiddiversifika l-prodott anki jekk kien jaf li ċerti ġeneri kienu se jimxu iktar.
Mal-istorja kreattiva nkluda wkoll ir-riċerka storika. Minn tal-ewwel fil-qasam, il-ktieb ta’ Henry Frendo dwar Manwel Dimech – figura li ma kinitx tinżel għasel ma’ kulħadd inkluż mal-ArċisqofGonzi pereżempju.Mizzi nkluda wkoll fost l-ewwel kotba traduzzjoni għall-Malti ta’ Ġużè Aquilina tar-rumanz Le Chant de la Noria li nkiteb minn Laurent Ropa. Trevor Zahra beda mal-Klabb ta’ Mizzi bil-kotba ta’ Kunċett u Marinton.Maż-żmien Pawlu Mizzi beda anki jinkludi riċerka bl-Ingliż, sakemm iktar wara waqqaf il- Midsea Books – illum atturi ewlenin f’dan il-kamp.
Il-Midsea Books kienet ta’ sfog għal ħafna akkademiċi li f’Malta ftit kellhom opportunitajiet li jippubblikaw ir-riċerki tagħhom.Fost il-kisbiet il-kbar ta’ Pawlu ta’ min isemmi Il-Miklem ta’ Erin Serracino inglott u Id-Dizzjunarju ta’ Aquilina u l-Heritage. Mizzi kien ipperswada wkoll lill-Ministru Philip Muscat biex Malta jkollha l-Fiera tal-Ktieb bħal pajjiżi oħra u fl-aqwa tagħha l-Fiera kien ikollha wkoll esibituri barranin.
Kburi ngħid li lil Pawlu Mizzi ilni snin twal insegwih. Biss biss niftakru ta’ tifel inżur il-Fiera tan-Naxxar u kont narah ma’ martu u probabbli ma’ wliedu Joseph u Anna jbiegħu l-kotba fuq l-istand. Maż-żmien Pawlu serva wkoll fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li tiegħu jien kont l-ewwel Direttur Eżekuttiv. Niftakar li l-ewwel laqgħa bdiet bi trikki trakki bejni u bejnu imma ħadd minna qatt ma żamm għal xulxin. Niftakar lil Pawlu fil-Fiera jirrakkontali dwar il-Fierakif bdiet u min xiex kellu jgħaddi biex hu waqqaf il-Klabb. Dawn huma tifkiriet li se ngħożż għal dejjem.Illum ibnu Joe onorani billi qed neditja proġett li beda missieru: Il-memorji tiegħu.
Qed neditjahom b’ħafna mħabba u rispett u nittama li fi żmien ftit xhur ikollna l-ewwel tappa minn dan il-proġett.Pawlu sab dejjem is-sostenn ta’ uliedu u fuq kollox ta’ martu Maria. F’intervista ma’ FionaVella kienet sqtarret martu stqarret li “Kien l-akbar xokk ta’ ħajti meta rrealizzajt li konna senibqgħu Malta għax jiena minn dejjem kont marbuta ħafna m’Għawdex, il-post fejn trabbejtu għext, fejn kelli l-familja u l-ħbieb kollha tiegħi. Malta kienet pjuttost estranja għalija u domt sewwa sakemm aċċettajt il-ħajja hawnhekk. Infatti kienet weġgħa ta’ qalb kbira meta biegħejna d-dar li konna bnejna Għawdex fejn suppost kellna nirritornaw wara li jiggradwa Pawlu.”
Fuq diversi livell Mizzi ġie onorat għall-ħidma li wettaq kemm mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-pajjiż tah ukoll Ġieħ ir-Repubblika.L-għomor lill-familjari ta’ Pawlu Mizzi f’daż-żmien milli iktar diffiċli.Il-mewt ħaditu għaliha imma li għamel Pawlu Mizzi jibqa’ għal dejjem. In-nazzjon midjun mal-Għawdxi li sfida ċ-ċokon u l-insularità.
Sergio Grech
6 ta’ Awwissu 2019
This article appeared first on In-Nazzjon
